Għalfejn tħammeġ Pajjiżek?
Sfortunatament, ta’ spiss naraw skart li jintrema b’mod illegali. Fuq il-paġna ta’ facebook ta’ Clean Malta, id-diviżjoni li f’pajjiżna tieħu ħsieb it-tindif fost xogħol ieħor, mhux l-ewwel darba li naraw ritratti li ma tantx jagħmlu ġieħ lill-indafa ta’ pajjiżna
Fis-siegħat li għaddew, fi triq it-tiġrija r-Rabat persuna jew persuni mhux magħrufa ħallew numru ta’ tyres u skart ieħor.
Fil-ġranet li għaddew, is-sezzjoni ta’ Clean Malta fil-Mellieħa wkoll nadfet numru ta’ skart illegali.
Jidher li l-irresponsabilita’ ta’ xi wħud ma fihiex limitu. Dan id-dibattitu jqum ħafna drabi dwar il-bżonn li jsir xi ħaġa f’dan ir-rigward anke jekk preżentament jeżistu pieni ħorox għal min jinqabad jarmi b’mod illegali u anke jekk fil-preżent jeżistu servizzi ta’ rimi ta’ skart goff b’xejn ikkordinat mill-kunsilli lokali.
Clean Malta tibqa’ tappella biex inwaqqfu dan l-abbuż, segwi dan il-filmat: