Gilbert Gauci Joħroġ Kanzunetta Oriġinali Bl-Isem ‘My Emergency’

 Gilbert Gauci Joħroġ Kanzunetta Oriġinali Bl-Isem ‘My Emergency’

Hekk kif wasal biex jibda s-sajf, Il-kantant żagħżugħ Gilbert Gauci għadu kemm ħareġ
kanzunetta ġdida bl-isem ta’ ‘My Emergency’.

“Meta ktibna ‘My Emergency’ kellna mira waħda f’moħħna li nġibu n-nies eċċitati. Aħseb f’dak iż-żmien meta kont fuq vjaġġ ma’ shabek, migburin fl-istess karozza u kulhadd qiegħed ikanta flimkien il-kanzunetta favorita tiegħu. Dan huwa s-sentiment li ridna noħolqu u mmorru għalih. Ktibt din il-kanzunetta flimkien ma’ kittieb Amerikan Eliot DeLay fuq Zoom” esprima Gilbert.

Il-lirika tal-kanzunetta hija miftuħa għall-interpretazzjoni u Gilbert iħalli f’idejn is-semmiegħa biex jiddeċiedu jekk ‘My Emergency’ hijiex kanzunetta ta’ imħabba jew le. Gilbert iżzid li “Kollha konna f’sitwazzjoni meta xi ħadd jagħtik ħarsa u jkun hemm mument ta’ silenzju skomdu u m’għandekx idea ta’ x’inhu jiġri. Dan huwa l-mument li xtaqna niktbu fuqhu’‘.

Tista’ tisma’ u tara ”My Emergency” hawn:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com