“Hemm Aktar Pulizija Jitilqu Milli Jidħlu …” – Ivan Castillo

 “Hemm Aktar Pulizija Jitilqu Milli Jidħlu …” – Ivan Castillo

“Hemm aktar pulizija jitilqu milli jidħlu, u dan qabel l-età tal-irtirar!” Hekk kiteb l-Onorevoli Ivan Castillo fuq il-midja soċjali tiegħu fejn saħaq, li minn pq (mistoqsija parlamentari) li għamel, ġie infurmat li 117 Il-pulizija telqu mill-korp matul l-aħħar 5 snin.

Qal li dan jinkwetah ħafna.

“Il-moral tal-pulizija hija l-aktar baxxa li qatt kienet… il-kundizzjonijiet tax-xogħol idderijoraw, ix-xogħol żdied u l-paga baqgħet l-istess… Kif tistenna li xi ħadd jitħajjar jingħaqad mal-Korp tal-pulizija?”, kompla Castillo.

Tenna li dawn ħaqqhom kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, paga aħjar u l-aktar impotanti aktar rispett.

Intom x’taħsbu dwar dan?

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com