Ħnieżer Iduru Fit-Toroq Ta’ Ħal Farruġ Waħedhom

 Ħnieżer Iduru Fit-Toroq Ta’ Ħal Farruġ Waħedhom

Jidher li qatgħa ħnieżer kienet qed tħuf waħedha fit-toroq ta’ Ħal Farruġ. Dan ittella’ fuq grupp fuq facebook ta’ ħal Luqa fejn intwera tħassib dwar dawn il-ħnieżer.

Ħal Farruġ jifforma parti mil-lokalità ta’Ħal Luqa. Jidher li dawn jappartjenu għal bidwi bl-għelieqi fejn intlemħu dawn il-ħnieżer.

Bħal dejjem hemm min ħa gost bix-xena u hemm min qal li dawn qed joħolqu periklu kemm għall-vetturi u anke għall-abitat tal-madwar għaliex jidher li l-ħnieżer bdew jiġbdu xi ġebel lejn it-triq.

Jidher li membri tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa ħadu azzjoni u sar kuntatt mas-sezzjoni tal-Animal Welfare.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com