Il-Brigadier Jeffrey Curmi Jinħatar Kap Eżekuttiv Ta’ Transport Malta
Il-Brigadier Jeffrey Curmi ġie maħtur bħala Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, b’effett minn nhar it-Tnejn 6 ta’ Ġunju 2022.
Il-Brigadier Curmi għamel karriera twila fil-militar. Huwa kien ilu jservi lill-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) mill-1994. Curmi nħatar Kap Kmandant tal-FAM f’Diċembru tal-2013 u serva sa Ġunju 2022.
Mill-2013 huwa kien membru tal-European Union Military Committee bħala Kap tad-Difiża ta’ Malta.
Jeffrey Curmi għandu Baċellarat fix-Xjenzi (Physics) mill-Open University (UK) u Masters fix-Xjenzi mill-Università ta’ Leicester (UK).
Curmi hu gradwat mir-Royal Military Academy ta’ Sandhurst, fir-Renju Unit. Minn Sandhurst huwa ngħata The Cane of Honour wara li ġie ppremjat bħala l-aqwa student internazzjonali mill-kors.
Il-Ministru Aaron Farrugia rringrazzja lis-Sur Joseph Bugeja tas-servizz tiegħu fl-aħħar snin fl-irwol ta’ Chairman Eżekuttiv ta’ Transport Malta.
Ritratt (MTIP)