Inċident Bil-Mutur Fi triq San Anard fir-Rabar Għawdex

 Inċident Bil-Mutur Fi triq San Anard fir-Rabar Għawdex

Albaniż ta’ 29 sena residenti Rabat Għawdex, għal xi s-sagħtejn neqsin kwart ta’ waranofsinhar, kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq San Anard, ir-Rabat, Għawdex.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Citroen Berlingo, misjuq minn raġel ta’ 65 sena residenti l-Fontana Għawdex, u mutur Honda, misjuq mill-vittma.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com