Jinstab Katavru Fl-Inħawi Tal-Ponta tal-Qawra

 Jinstab Katavru Fl-Inħawi Tal-Ponta tal-Qawra

Illum, għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi taż-żona tal-Ponta tal-Qawra, għax kien intlemaħ xi ħaġa suspettuża f’qiegħ il-baħar.

Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija tad-Distrett, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll membri mill-Forzi Armati ta’ Malta marru fuq il-post u raw katavru f’qiegħ il-baħar. Il-katavru, li huwa ta’ raġel, ittella` l-art fil-Qawra stess.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima, li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-każ u biex tkun identifikata l-identità tal-persuna għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com