Kunċert Ta’ Mużika Rock Taħt Il-Forti Sant’Anġlu Fil-Birgu

 Kunċert Ta’ Mużika Rock Taħt Il-Forti Sant’Anġlu Fil-Birgu

F’Settembru li ġej ser jerġa’ jitella’ l-kunċert ”Rock the Fort”. Din is-sena il-kunċert ser ikun akbar u isbaħ għaliex ġiet mistiedna l-band Brittanika THE CLASSIC ROCK SHOW. Din il-band hija meqjusa bħala ‘live jukebox’ fejn l-udjenza preżenti tkun tista’ tisma’ lit-tmien mużiċisti li joħduna fi vjaġġ mużikali li jinkludi diski ikoniċi ta’ artisti kbar bħal Led Zeppelin, Dire Straits, AC/DC, Queen, Fleetwood Mac u The Who.

Dan il-kunċert ser jitella’ l-Ġimgħa, 2 ta’ Settembru 2022, fil-Marina tal-Birgu, preċiżament taħt il-Forti Sant’Anġlu. Dan l-avveniment qed jittella’ b’risq ALS Malta u Dar Bjorn. Il-biljetti għal prezz ta’ €15 jinkisbu minn https://www.showshappening.com/rtf/theclassicrockshow

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com