L-Assoċjazzjoni Maltija Tal-Boxing Tirbaħ Id-Dritt Li Torganizza L-Kungress Tal-European Boxing Union 2023

 L-Assoċjazzjoni Maltija Tal-Boxing Tirbaħ Id-Dritt Li Torganizza L-Kungress Tal-European Boxing Union 2023

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Boxing rebħet id-dritt sabiex torganizza l-kungress tal-European Boxing Union 2023 f’pajjiżna.

Fil-laqgħa bejn l-assoċjazzjonijiet membri tal-EBU li saret fil-belt kapitali tal-Latvja Riga, il-president il-ġdid Peter Stucki kkonferma l-aħbar b’din l-organizazzjoni li se tkun qed tiċċelebra l-75 sena mit-twaqqif tagħha.

Il-president tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Boxing Marc James esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din l-aħbar filwaqt li rringrazzja lil Stucki tal-fiduċja li wera fl-MBA.

James qal li din il-ħolma saret realta’ u kienet waħda mill-ewwel objettivi tiegħu kemm ilu president fejn qal li l-boxing jgħaqqad lil dawk kollha involuti f’din l-assoċjazzjoni Ewropea.

L-MBA li tinsab mimlija entużjażmu sabiex torganizza bl-akbar reqqa dan l-avveniment mistenni s-sena d-dieħla

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com