L-Ewwel Reġina Li Qed Tiċċelebra L-Ġublew Tal-Platinu – Bosta Jħobbuha, Oħrajn Imaqdarha Imma Tibqa’ Popolari Mmens

 L-Ewwel Reġina Li Qed Tiċċelebra L-Ġublew Tal-Platinu – Bosta Jħobbuha, Oħrajn Imaqdarha Imma Tibqa’ Popolari Mmens

Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni hija l-ewwel reġina fl-istorja Ingliża li qed tiċċelebra l-Ġublew tal-Platinu; b’ 70 sena ta’ servizz.

Dan il-ġublew qed ikun iċċelebrat bejn it-2 u l-5 ta’ Ġunju.

Hija personalità magħrufa mad-dinja kollha; b’bosta jħobbuha u oħrajn imaqdruha wkoll speċjalment b’relazzjoni mal-każ tal-Prinċipessa Diana.

Żgur li tibqa’ msemmija għal bosta raġunijiet. Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni żaret Malta f’dak li jitqies bħala l-aħħar vjaġġ irjali tagħha. Din ser titniżżel ukoll fl-istorja tagħha u anke ta’ pajjiżna; ta’ pajjiżna minħabba li hi stess titkellem b’għożża dwar Malta tista’ tgħid f’aktar minn intervista waħda li saritilha u kellha tkun Malta l-aħħar li żaret.

Hija żaret pajjiżna fil-laqgħa tac-CHOGM (Commonwealth Heads of Government Meeting) li saret fl-2015.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com