Mara Ta’ 29 Sena Tintlaqat Minn Honda Fit F’Ħaż-Żabbar

 Mara Ta’ 29 Sena Tintlaqat Minn Honda Fit F’Ħaż-Żabbar

Ġermaniża ta’ 29 sena residenti Ħal Tarxien, għal xi s-sebgħa u nofs tal-bieraħ filgħaxija, kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq San Anard, Ħaż-Żabbar.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-mara, intlaqtet minn Honda Fit li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 59 sena residenti l-Mosta.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com