Mara Tweġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku F’Ħal Għaxaq

 Mara Tweġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku F’Ħal Għaxaq

Ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku f’Dawret Ħal Għaxaq, Ħal Għaxaq.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Kymco Agility misjuq minn mara ta’ 46 sena residenti Ħaż-Żabbar u karozza Mazda CX-3, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 47 sena, residenti Ħal Għaxaq.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com