Mazda Pparkjata Mxiet Minn Posta u Laqtet Persuna
Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq C. De Brocktorff, l-Imsida.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li għal xi raġuni, Mazda li kienet ipparkjata, mxiet minn posta u laqtet persuna.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma, Taljana ta’ 23 sena, l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.