Organizzati Għall-Ewwel Darba L-MFCA Awards

 Organizzati Għall-Ewwel Darba L-MFCA Awards
Il-Kumitat tal-MFCA; il-Malta Football Coaches Association qed iħabbar li bi pjaċir se jkun qed jorganizza għall-ewwel darba l-MFCA Awards serata li fiha se jingħataw l-unuri personali lill-aqwa kowċis fil-kampjonati tal-MFA. Dan intqal fi stqarrija mill-Malta Football Coaches Association.

L-ewwel edizzjoni se ssir nhar is-Sibt 9 ta’ Lulju 2022 eżatt bħal lum xahar fejn se jkunu rikonoxxuti l-aqwa kowċis tal-istaġun 2021/22.

Il-President tal-MFCA Lawrence Aquilina qal; ‘Kien ilu l-ħsieb tagħna, li nibdew nirrikonoxxu individwalment il-kisbit tal-kowċis li jikkowċjaw fil-kampjonati lokali, u għalhekk anke fuq xewqa tal-membri tal-MFCA li llum tħabbret uffiċjalment id-data tal-ewwel edizzjoni tal-MFCA Awards’

Fl-ewwel edizzjoni tal-MFCA Awards se jingħataw dawn l-unuri individwali:

MFCA Premier Division Best Coach Award 2021/22

MFCA Challenge League Best Coach Award 2021/22

MFCA Amateur League Best Coach Award 2021/22

MFCA Youth League Best Coach Award 2021/22

MFCA U/17 League Best Coach Award 2021/22

MFCA U/15 League Best Coach Award 2021/22

MFCA Futsal League Best Coach Award 2021/22

MFCA Women’s League Best Coach Award 2021/22

Is-serata ta’ premjazzjoni se tinkludi wkoll unur speċjali li se jkun qed jingħata lil kowċ irtirat. L-Ewwel edizjoni tal-MFCA Awards se tkun qed tixxandar diretta fuq il-mezzi soċjali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com