Raġel Bi Ġrieħi Gravi F’Inċident Tat-Traffiku
Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart ta’ filgħaxija, il-Pulizija kienu msejjħa jassistu f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Honda CB misjuq minn raġel ta’ 65 sena residenti Birżebbuġa u Honda Fit misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti Ħal Qormi.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.