Raġel Bi Ġrieħi Serji F’Ħal Għaxaq

 Raġel Bi Ġrieħi Serji F’Ħal Għaxaq

Illum, għall-ħin tas-12:45pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’sit ta’ kostruzzjoni fi Trejqet ir-Rummiena, Ħal Għaxaq. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 62 sena residenti Ħal Kirkop, weġġa’ wara li waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kienu qed isiru xi xogħolijiet fl-istess sit.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco LL.D li fetħet inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ritratt mill-arkivji

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com