Tiddejqu Tmorru Ikla U Taqsmu L-Prezz Tal-Kont?
Forsi aħna l-Maltin imdorrijin sew nagħmluha din l-azzjoni imma mhux kulħadd donnu jieħu gost. Forsi anqas biss naħsbu li mhux kulħadd għandu l-istess but u forsi dak li jkun jiddejjaq jitkellem dak il-ħin għax dlonk jittimbrawh ‘qammiel/qammiela’.
Imma qatt ħsibtu dwar dan? Forsi persuna tkun ġiet ikla biex tkompli u tieħu gost mal-grupp imma meta jinqasam il-prezz tieħu xokk. Kapaċi anqas tkun xorbot alkohol, ħadet deżerta jew affarijiet oħra u flok tħallas il-prezz ta’ li ħadet hi, tkun qed iġorr il-piż ta’ li ħa ħaddieħor filwaqt li dak il-ħaddieħor ikun franka.
Ftit ħsieb kapaċi jżomm iżjed nies ferħanin. Imma intom x’taħsbu dwar dan?