Tliet Kumpaniji Żiedu tariffi Tat-Telekomunikazzjoni – Il-Ministru Julia Farrugia Portelli Titlob Investigazzjoni

Fid-dawl taż-żidiet fit-tariffi mħabbra fl-aħħar sigħat mit-tliet kumpaniji tat-telekomunikazzjoni f’pajjiżna għall-klijenti li ma jħallsux il-kont permezz ta’ direct debit, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli talbet lill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur biex jinvestiga jekk din iż-żieda tiksirx il-liġi tal-kompetizzjoni.