Żagħżugħ Isofri Ġrieħi Serji
Kmieni s-Sibt filgħodu, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġo sit ta’ kostruzzjoni fl-inħawi ta’ Triq ir-Ramla, fil-Mellieħa. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li żewġ ġuvintur ta’ 18 u 19-il sena mill-Awstrija kienu daħlu fis-sit.
Waqt li kienu fuq il-bejt wieħed minnhom, il-ġuvni ta’ 19-il sena waqa’ f’shaft, għoli ta’ madwar 5 sulari. Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt mill-arkivji