18-Il Sena Ilu, Fl-Aħħar Jum Ta’ Lulju, Kien Miet Mario Ellul

Fil-31 ta’ Lulju ta’ 18-il sena ilu, kien miet il-personalita’ maħbuba Mario Ellul. Kienet ħasda għal bosta fix-xena tax-xandir u l-ispettaklu.
Il-Mara tiegħu, Grace, f’isem binhom ukoll, sellmitlu pubblikament permezz tal-profil tagħha ta’ facebook b’messaġġ qasir iżda sinifikanti:
”18 il-sena illum. X’memorji u valuri sbieħ ħallejtilna x’ngħożżu Mario. Dejjem tibqa’ f’qalbna u fi ħsiebna. Ibqa’ ħarisna. Martek Grace u ibnek Daniel”
Bosta huma dawk il-personalitajiet u nies qrib tiegħu li f’dan l-anniversarju qed isellmu lil Mario Ellul. Fost dawn, l-Attur u l-Kantant Hermann Bonaci li anke kien interpreta kanzunetta għal Mario fil-festival l-Għanja tal-Poplu ta’ snin ilu.