”A Midsummer’s Red Dream” – Esebizzjoni F’Boutique Hotel

 ”A Midsummer’s Red Dream” – Esebizzjoni F’Boutique Hotel

”A Midsummer’s Red Dream” hija esebizzjoni li sas-17 ta’ Lulju qed titella’ f’BOCO, Boutique Hotel f’Bormla. Esebizzjoni ta’ bosta artisti li jinkludu lil: Debbie Bonello, Darren Tanti, Antoine Farrugia, Clint Calleja, Davel Calleja, Sarah Calleja, Jo Dounis, Madeleine Gera, Rune Bo Jakobsen, Victor Agius, Andrew Borg, Henry Falzon, Johanna Barthet, Stephen Saliba, Fabio Borg.

F’din il-wirja t’arti marbuta mal-kulur aħmar, l-artisti ġew mistiedna sabiex jesprimu ruħhom billi jkunu kreattivi. L-artisti tħallew fil-libertà li permezz ta’ xogħolhom, kemm astratt u anke permezz ta’ xogħlijiet b’messaġġ dirett joħolqu atmosfera ta’ sajf tal-ħolm, u anke jikkontradixxu din it-tema.

Il-kulur aħmar jirrifletti ħafna tifsiriet u simboli differenti, minn sens ta’ rebħa, nobiltà għal sagrifiċċju, periklu, kuraġġ, sħana, passjoni, sesswalità, rabja, imħabba, ferħ; fost oħrajn. It-titlu għal din il-wirja ġie inspirat mill-kulur Pantone, l-iskala t’aħmar magħżul għall-ewwel kamra ġewwa BOCO, li tinsab malli tidħol bin-numru 181. Din il-kamra kienet miftuħa flimkien mat-terazzin privat tagħha, waqt il-ftuħ tal-wirja A Midsummer’s Red Dream.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com