Alex Perici Calascione Jitfa’ N-Nomina Għall-Viċi Kap Tal-Partit Nazzjonalista

 Alex Perici Calascione Jitfa’ N-Nomina Għall-Viċi Kap Tal-Partit Nazzjonalista

Aktar kmieni wara nofsinhar Dr. Alex Perici Calascione issottometta n-nomina tiegħu għall-elezzjoni ta’  Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista liċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali Peter Fenech, biex b’hekk ingħalaq il-proċess ta’ nominazzjonijiet. Il-proċess ta’ nominazzjonijiet seta’ jingħalaq għax persuna waħda biss kienet issottomettiet id-dikjarazzjoni ta’ interess.

L-elezzjoni għal din il-kariga ser tinżamm nhar is-Sibt 30 ta’ Lulju 2022 bejn it-tmienja ta’ filgħodu (8am)  u l-erbgħa ta wara nofsinhar (4pm) ġewwa Malta u bejn it-tmienja ta’ filgħodu (8am) u s-siegħa ta’ wara nofsinhar (1.00pm) ġewwa Għawdex. F’Malta il-votazzjoni ser tinżamm fid-Dar Ċentrali Pietà u Għawdex ser tinżamm fis-Sub Headquarters PN Sannat. 

Għal dawk li ma jistgħux jivvutaw nhar is-Sibt 30 ta’ Lulju 2022 ser jinżammu żewġ votazzjonijiet bikrija ġewwa Malta nhar is-Sibt 23 ta’ Lulju 2022 bejn it-tmienja ta filgħodu (8am) u s-siegħa ta wara nofsinhar (1pm) u t-Tnejn 25 ta’ Lulju 2022, bejn il-ħamsa ta’ filgħaxija (5pm) u d-disgħa ta’ filgħaxija (9pm). Se tinżamm votazzjoni bikrija waħda ġewwa Għawdex nhar t-Tnejn 25 ta’ Lulju 2022, bejn il-ħamsa ta’ filgħaxija (5pm) u d-disgħa ta’ filgħaxija (9pm).

Il-votazzjonijiet bikrija se jinżammu fl-istess postijiet tal-votazzjoni ġewwa Malta u Għawdex.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com