”Għad Hemm Il-Bżonn Li Jkollna Sorveljanza” – Is-Sindku tal-Marsa

 ”Għad Hemm Il-Bżonn Li Jkollna Sorveljanza” – Is-Sindku tal-Marsa
Fl-aħħar snin sar progress mhux żgħir fil-Marsa f’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-infurzar. Skont is-Sindku tal-Lokalita’ s-Sur Josef Azzopardi, saru u qed isiru sforzi kbar mill-Kunsill Lokali, il-Pulizija tad-Distrett, il-Pulizija tal-Komunità u taqsimiet oħra fi ħdan il-Korp, iżda jisħaq li minkejja dawn l-isforzi kollha, fuq il-paġna tiegħu ta’ facebook is-Sindku xerred is-sentiment ta’ bosta residenti Marsin li għad hemm il-bżonn li l-Marsin ikunu protetti aħjar minn persuni, bosta minnhom barranin, li joqgħodu jew jiffrekentaw il-Marsa.
Għad hemm il-bżonn li jkollna sorveljanza għal erbgħa u għoxrin siegħa sħaħ, għassa li tkun miftuħa l-ħin kollu u emfasi partikolari fuq żoni li jeħtieġu aktar attenzjoni” qal is-Sindku Azzopardi
Saħaq li l-Kunsill lokali ser ikompli jaħdem mal-Pulizija u l-awtoritajiet kollha kkonċernati. Is-Sindku qal li f’kull laqgħa li jkollu jisħaq li għadu kmieni wisq sabiex jgħid li l-Marsa ma għandhiex bżonn għajnuna aktar minn lokalitajiet oħra, inkella jintielef il-progress li sar sa issa.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com