Ħidma Favur Kooperazzjoni Bejn Il-Banda Ta’ San Ġwann U L-Banda Ta’ Pozzallo

Is-Sindku ta’ San Ġwann Trevor Fenech ħabbar li jinsab f’ Pozzallo jakkumpanja diriġenti mill-Banda San Ġwann.
Qal li ltaqa’ mas-Sindku ta’ Pozzallo fejn kellhom diskussjoni dwar kooperazzjoni li tista’ jsir bejn iż-żewġ lokalitajiet.
“Illum ġie ffirmat ġemmellaġġ bejn il-baned taż-żewġ lokalitajiet biex bandisti minn Pozzallo jagħtu s-servizzi tagħhom waqt il-festa tagħna’, spjega Trevor filwaqt li rringrazzja wkoll lil Dr Noel Camilleri; President tal-Għaqda Każini tal-Banda għall-għajnuna li tahom.