”Ikun Ġust Li R-Renju Unit Tospita L-Eurovision” Jamala rebbieħa Ukrena

 ”Ikun Ġust Li R-Renju Unit Tospita L-Eurovision” Jamala rebbieħa Ukrena

Ir-rebbieħa Ukrena tal-Eurovision tal-2016 Jamala appoġġjat l-idea li l-Eurovision 2023 ikun ospitat fir-Renju Unit, jekk dan l-ispettaklu ma jistax isir f’pajjiżha, l-Ukrajna. Madankollu, il-kantanta Ukrena, li trijonfat bil-kanzunetta tagħha “1944”, qalet li d-deċiżjoni tal-EBU li ma torganizzax il-konkors tas-sena d-dieħla fl-Ukrajna hija “prematura” u “ħafna uġigħ”.

F’intervista ma’ ‘PA News’, Jamala qalet li r-Renju Unit ikun ospitant “ġust” tal-Eurovision 2023 wara li Sam Ryder din is-sena spiċċa. Il-kanzunetta tiegħu “Space Man” ġabet  l-aħjar riżultat tar-Renju Unit fil-Eurovision mill-1998 ‘l hawn. Jamala saħansitra kompliet bi kliem ta’ tifħir għal Sam Ryder, u qalet li hu fil-Eurovision kien “verament, tassew, tassew tajjeb”.

Jamala ser tkun f’pajjiżna nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju għal ċelebrazzjoni tal-Paċi, f’kunċert imtella’ minn Malta Enterprise

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com