Ir-Rata Ta’ Mortalità Mill-Covid-19 Niżlet Għal Inqas Minn 1% Fost L-Anzjani

 Ir-Rata Ta’ Mortalità Mill-Covid-19 Niżlet Għal Inqas Minn 1% Fost L-Anzjani

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela dalgħodu ħabbar fuq il-midja soċjali tiegħu li minn April ta’ din is-sena 2022, kien hemm il’ fuq minn 100 każ ta’ covid-19 f’San Vinċenz de Paul.

Qal li pazjent wieħed biss miet f’dan il-perjodu u b’hekk, ir-rata ta’ mortalita’ niżlet għal inqas minn 1%.

Tenna li dan kollu huwa frott tat-tilqim bit-2 booster u kura tajba. “Din il-ġimgħa, il-każi pożittivi nizlu minn 50 għal 30, permezz ta’ kontrolli sensibbli”, temm jgħid Jo Etienne Abela.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com