It-Tielet Ħanut Ta’ Calliope Issa Miftuħ F’Centerparc, Ħal Qormi

 It-Tielet Ħanut Ta’ Calliope Issa Miftuħ F’Centerparc, Ħal Qormi

Id-DIZZ Group fetħet it-tielet ħanut ta’ Calliope f’Malta, f’Centerparc, Ħal Qormi.

Matul il-pandemija fl-2020, minkejja l-isfidi globali li iffaċċjat l-komunità tan-negozju, id-DIZZ Group irranġat u rdoppjat id-daqs tal-ewwel ħanut ta’ Calliope tagħha f’Bay Street, fil-Bajja ta’ San Ġorġ. Il-ħanut fil-Livell 1 issa jkopri 500 m2 u jinkludi għall-wiri l-kollezzjonijiet sħaħ tal-irġiel, tan-nisa u tat-tfal.

Calliope, il-marka li hi parti mill-istess grupp ta’ Terranova, hija l-unika waħda fl-industrija tal-fast fashion bi stil modern, nadif u partikolari li għandha laqta kbira Taljana. “Aħna inħobbu niddefinixxu l-istil ta’ Calliope bħala glamour light,” qal kelliem tad-DIZZ Group.

Il-kollezzjoni qed tiġi aġġornata kull ġimgħa bi promozzjonijiet kbar fil-ħwienet u tnieda ukoll Glam Lealtà Card ġdida, li toffri offerti esklussivi lix-xerrejja kollha.

“Id-DIZZ Group għandha pjanijiet ambizzjużi għal din il-marka, b’ħanut ta’ 400 m2 li diġà nfetaħ f’DMall f’Tigné Point, Tas-Sliema, u l-ħanut il-ġdid fuq 450 m2 li għadu kemm infetaħ f’Centerparc, Ħal Qormi.

Dan il-ftuħ tal-aħħar hija mossa strateġika ħafna għall-Grupp u l-marka, li ħadet spazju kbir mill-ħanut ta’ Terranova biex tidħol Calliope. “Aħna nantiċipaw żieda ġenerali fil-bejgħ fi ħdan Terranova u t-tnedija ta’ marka ġdida f’dan iċ-ċentru kummerċjali,” żied jgħid il-kelliem.

Ħwienet saħansitra akbar jinsabu wkoll fuq il-pjanta biex jinfetħu fl-istaġuni li ġejjin. Calliope hija waħda mill-marki tal-fast fashion li qed tikber bl-ogħla rata madwar id-dinja bi 88 ħanut f’19-il pajjiż. “Id-DIZZ Group hija kburija li hija assoċjata ma’ marka ta’ suċċess kbira bħal din,” żied jgħid il-kelliem.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com