It-Tindif Minn Clean Malta Wara L-Isle Of MTV Baqa’ Għaddej B’Mod Kontinwu

 It-Tindif Minn Clean Malta Wara L-Isle Of MTV Baqa’ Għaddej B’Mod Kontinwu
Wara l-kunċert tal-Isle of MTV ta’ nhar it-Tlieta li għadda, f’xi sezzjoni tal-media kien hemm min irraporta u qal li wara 3 ijiem kien għad hemm żoni li kienu għadhom ma tnaddfux mill-ħaddiema ta’ Clean Malta.

F’kitba fuq il-mezzi soċjali, id-diviżjoni tat-tindif saħqet li l-kritika sabiħa iżda wieħed irid jinnota ukoll li l-iskart imsemmi huwa skart li inġema wara u fl-istrutturi li kien hemm armati minħabba l-kunċert. Kif jixhdu ritratti ppublikati, kif iżżarmaw dawn l-istrutturi, ħaddiema ta’ Clean Malta ħadu ħsieb ikomplu jnaddfu ż-żona

 

Ritratti: Facebook Clean Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com