”Tkellem B’Mod Miftuħ Dwar L-Aptit Sesswali” – Dr Nicholas Briffa

 ”Tkellem B’Mod Miftuħ Dwar L-Aptit Sesswali” – Dr Nicholas Briffa

Dr Nicholas Briffa, sesswologu, psikologu u terapista tal-koppji, fuq il-mezzi soċjali tiegħu qal li fil-klinika sesswoloġika, l-aptit sesswali hija waħda mill-iżjed temi komuni li jiltaqa’ magħha, kemm fl-individwi kif ukoll fil-koppji.

Huwa jżid jgħid li jekk persuna jkollha aptit sesswali (b’mod sinifikanti) aktar baxx mill-partner, din  tista’ tkun biss differenza naturali fl-aptit sesswali iżda tista’ tkun ukoll ġejjha minn ħafna affarijiet. Dr Briffa jsemmi bosta fatturi: l-Eżawriment, l-għejja, l-istress eċċessiv, bżonnijiet mhux sodisfati, bagalji tal-passat, dipressjoni, ansjetà, frustrazzjoni, insigurtà fl-immaġni tal-ġisem, użu ta’ pornografija, uġigħ waqt ir-rapport sesswali, masturbazzjoni (awto-sesswalità), nuqqas ta’ fiduċja, kwistjonijiet mhux solvuti, żbilanċi ormonali u/jew ħafna fatturi oħra.

Dr Briffa ta l-parir li persuna għandha titkellem b’mod miftuħ u onest dwar dawn l-affarijiet.

Ritratt: Getty images

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com