Luke Dalli Se Jirritorna Fl-Awla Fuq ONE

 Luke Dalli Se Jirritorna Fl-Awla Fuq ONE

Għaddejin ġmielhom il-preparamenti ta’ ħafna xandara li ser ikunu mpenjati bi programmi televiżivi mill-iskedi l-ġodda fuq l-istazzjonijiet lokali. Awla, il-programm li fl-aħħar skedi ta’ ONE kiseb popolarita’ ser ikun qed jirritorna fuq l-istess stazzjon mill-iskeda ta’ Ottubru li ġej.

Luke Dalli ser jibqa’ jmexxi dan il-programm, bil-qofol tibqa’ d-diskussjoni kurrenti iżda għall-iskeda l-ġdida jidher li Awla ser jiffokka aktar fuq suġġetti li jolqtu lill-Maltin u l-Għawdxin fil-laħam il-ħaj u suġġetti oħra li għal ħafna huma taboo. Mhux ser jonqsu l-istejjer u rakkonti umani.

It-tim ta’ Awla qed jagħmel sejħa sabiex min hu interessat li jirrakkonta xi esperjenza, jitkellem fuq xi ħaġa jew suġġeriment ta’ xi suġġett għad-diskussjoni, jagħmel kuntatt mal-programm permezz tal-paġna ta’ facebook.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com