Mara Bi Ġrieħi Gravi F’Inċident f’Ħal Luqa
Ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija, il-Pulizija kienu msejjħa jassistu f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Luqa, Ħal Luqa.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Peugeot Kisbee misjuq minn Ġermaniżta’ 26 sena u Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 27 sena residenti ż-Żejtun.
Ġermaniża ta’ 25 sena li kienet passiġġiera fuq il-mutur u x-xufier tal-mutur ingħataw lgħajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard it-tfajla kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi, filwaqt li r-raġel kellu ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.