Mara Titlef Ħajjitha Wara Li Sabet Diffikultà Waqt Li Kienet Qed Tgħum

 Mara Titlef Ħajjitha Wara Li Sabet Diffikultà Waqt Li Kienet Qed Tgħum

Illum, għall-ħabta tan-nofsiegħa, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum fl-inħawi ta’ Triq Dawret il-Gżejjer, Buġibba.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li xi persuni lemħu lill-mara wiċċha l’isfel fl-ilma. Persuni li kienu fil-viċin u lifeguards tellaw lill-mara mill-baħar u tawha l-ewwel għajnuna sakemm wasal tim mediku.

Il-vittma, li aktar tard irriżultat li hija Ingliża ta’ 66 sena sfortunatament ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara fuq il-post.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana ġie nfurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com