Mewġ Jixjieħ – Qatt Smajtuha?

 Mewġ Jixjieħ – Qatt Smajtuha?

🔴 Teknikament u meteoroloġikament, m’għadniex taħt “mewġa ta’ sħana” minħabba li t-temperatura naqset milli tkun 5°C aktar mill-medja fl-aħħar jumejn, iżda xorta baqgħet tinħass sħana kbira..

Xi jkun ġara? Kurrenti sħan u xotti minn fuq id-deżert Afrikan mal-ħin jitħalltu mal-effett tal-baħar li mdawrin bih il-gżejjer Maltin u b’hekk tiżdied l-umdità u tonqos it-temperatura, iżda l-iskomfort jibqa’ l-istess jew isir saħansitra agħar 😫

🔵 Fix-xitwa jiġri l-istess bl-arja kiesħa! Arja kiesħa u xotta kontinentali tasal fuqna b’umdità baxxa u l-kesħa ma tkunx tinħass ġol-għadam, iżda mal-ħin din l-arja titħallat u l-umdità tiżdied u t-temperatura togħla xi ftit iżda l-kesħa tkun tinħass aktar!

🌊 Fis-sajf il-baħar ukoll ikun xiħ, li tfisser li r-riħ qawwi fis-sajf ma jqallbux daqs dak fix-xitwa

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com