Tinħatar CEO Ġdida Għall-SCSA (Social Care Standards Authority)

 Tinħatar CEO Ġdida Għall-SCSA (Social Care Standards Authority)

Il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva ħabbar il-ħatra ta’ CEO ġdida għall-SCSA, l-awtorità li fost l-oħrajn, tirregola l-istandards fi djar u faċilitajiet ta’ kura għall-anzjani.

Ms Lisa Cassar Shaw BA (Hons) MBA MA se tibda tokkupa din il-kariga min-nhar it-Tnejn li ġej.

Lisa Cassar Shaw twieldet il-Fgura fl-1983 u hija miżżewġa bi tlett itfal. Qattgħet ħafna mit-tfulija tagħha tgħix f’Wied il-Għajn u ilha għal dawn l-aħħar 21 sena tgħix f’Tas-Sliema. Hija gradwata fit-Turiżmu, fil-Management kif ukoll fl-Innovazzjoni u l-Intrapriża. Hija qiegħda tikkonkludi l-aħħar stadju tad-Dottorat fix-xjenza soċjali.

Ms Cassar Shaw kienet tgħallem kemm fl-Università ta Malta kif ukoll f’istituzzjonijiet edukattivi oħra. Kienet ukoll tokkupa karigi maniġerjali fin-negozju tal-familja u anke fi proġetti ta’ riċerka.

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela awgura l-ħidma t-tajba lis-Sinjura Cassar Shaw filwaqt li rringrazzja lil Dr Angele Ellul Fenech għall-ħidma li wettqet bħala CEO preċedenti.

Ritratt: MFAA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com