“Nies Qed Ikomplu Jmutu Għalxejn… Kien Imiss Tifla Ta’ 4 Snin daqs Binti” – Julie Zahra
“Tat-tqalliegħ. Nies qed ikomplu jmutu għalxejn. Issa kien imiss tifla ta’ 4 snin. L-istess età ta’ binti”, kitbet il-Membru Parlamentari Julie Zahra fuq il-midja soċjali tagħha.
Stqarret li dan mhux kunflitt iżda gwerra. Qalet ukoll li Malta trid tirreaġixxi fejn saħqet li bħala mpenn politiku, wasal iż-żmien li tittieħed azzjoni dipolmatika kontra l-missjoni Russa f’Malta u tkeċċiehom bla iżjed dewmien.
Temmet tgħid li aħna ninsabu fid-dmir li nieħdu l-miżuri kollha biex inwaqqfu lil Putin.
Intom x’taħsbu dwar dan?