Parkeġġ għall-Persuni B’Diżabilita’? Jew Le?
Ritratt ta’ parkeġġ fi triq il-kanun, Santa Venera jġibek f’dubju x’tip ta’ parkeġġ fil-verita’ hu. Sinjal u kulur blu immarkat fi triq juri li dan il-parkeġġ qiegħed hemm biex isir użu minnu minn persuni b’diżabilita’ li għandhom id-dritt u l-permess li jagħmlu dan. Infatti, l-istess turi tabella (Disabled badge holders only) li bil-liġi titwaħħal fejn kull parkeġġ li tindika li dak huwa għal persuni b’diżabilita’.
Iżda l-konfużjoni dwar l-użu ta’ dan il-parkeġġ tiġi, meta fl-istess post hemm tabella oħra tgħid li assolutament ma tistax tipparkja f’dak il-parkeġġ, f’kwalunkwe ħin għaliex tiġi rrmunkat (Keep Clear. Strictly No Parking at all times. Tow Zone)
Xufiera bir-raġun jitħawdu. Għaliex dan il-parkeġġ jinsab quddiem ħanut li milli jidher ibiegħ għodda u makkinarju iżda fl-istess waqt jinsab quddiem l-uffiċini prinċipali tal-Fondazzjoni Għal Ħarsien Ta’ Servizzi Soċjali (FSWS)