“Weġġajt Iva U Ma Nafx Għafejn Twarrabt Jiena Wkoll” – Robert Arrigo Waqt Il-Kunsill Ġenerali Tal-PN

 “Weġġajt Iva U Ma Nafx Għafejn Twarrabt Jiena Wkoll” – Robert Arrigo Waqt Il-Kunsill Ġenerali Tal-PN

Ilbieraħ waqt il-kunsill ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, għamel intervent Robert Arrigo fejn esprima d-dispjaċir tiegħu għall-aġir ta’ wħud mill-esponenti sħabu fil-konfront tiegħu f’diversi okkażżjonijiet.

“Weġġajt? Iva … ħafna wkoll. Ma kontx naf għalfejn u sal-lum ma nafx għalfejn. Twarrabt jiena wkoll.”, esprima Arrigo.

Semma kif wara meeting Ħaż-Żabbar, twaqqaf milli jitla’ fl-ewwel sular tal-klabb tal-PN f’Ħaż-Żabbar u qal li Mario Degiorgio waqqfu.

Semma wkoll kif f’Tas-Sliema waqt il-kampanja elettorali, mar Emvin Bartolo u qallu li hu isfel u mhux fuq il-palk. Qal li hu baqa’ bil-wiefqa isfel u tenna li dawn l-affarijiet qatt m’għandhom isiru.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com