Partijiet Minn Rocket Ċiniż Mistennija Jistgħu Jaffettwaw L-Ispazju Tal-Ajru Malti – L-EASA Twissi

 Partijiet Minn Rocket Ċiniż Mistennija Jistgħu Jaffettwaw L-Ispazju Tal-Ajru Malti – L-EASA Twissi

L-Aġenzija European Union Aviation Safety Agency wissiet li partijiet minn rocket Ċiniż mistennija jaffettwaw l-ispazju tal-Ajru Malti li mistenni jaqa’ lura fid-dinja għada s-Sibt.

It-tim ta’ sorveljanza tal-ispazju fi ħdan l-Unjoni Ewropea flimkien ma’ esperti qed jgħidu li l-fdalijiet minn dan ir-rocket mistennija jidħlu fl-atmosfera tad-dinja bejn is-Sibt u l-Ħadd li ġej.

Jidher li huwa impossibbli għalissa li jkun identifikat fejn dawn il-fdalijiet ser jillendjaw. L-EASA temmen li Malta hija fost il-pajjiżi li għandha tkun fuq alert. Magħna wkoll issemmew il-Bulgarija, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Portugal u Spanja.

L-Aġenzija qalet li previżjoni dettaljata tista’ tkun disponibbli ftit sigħat biss qabel l-impatt.

Ritratt: The Epoch Times

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com