Raġel Bi Ġrieħi Gravi Fil-Kalkara
Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-erbgħa, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza biswit residenza fi Triq il-Genista, il-Kalkara.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel mirRepubblika Ċeka, waqa’ mill-gallarija tar-residenza li joqgħod fiha, għoli ta’ madwar sular u nofs.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin