Raġel Isofri Ġrieħi Gravi Wara Inċident Fil-Marsa

Raġel ta’ 21 sena residenti Birkirkara, għal xi s-sitta u nofs ta’ filgħodu, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara inċident fi Triq Aldo Moro, il-Marsa. Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur Kawazaki Ninja li kien qed isuq u waqa’. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar, fejn ġie ċċertifikat li qed
isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt mill-arkivji