X’Għandek Tagħmel Jekk Tniggżek Brama?

 X’Għandek Tagħmel Jekk Tniggżek Brama?

Ħafna qed jgħidu li l-ibħra ta’ pajjiżna din is-sena huma mimlija bram. Dan huwa fatt, li fl-ilmijiet madwarna hawn eżistenza aktar ta’ bram. Tajjeb li tkun taf x’għandek tagħmel jekk tniggżek xi brama. Ovjament mhux kull tingiża ta’ brama tkun l-istess, iżda dawn huma pariri ġenerali

1. Kif tħoss it-tingiża, aħsel sew dik il-parti bl-ilma baħar.

2. Possibilment meta tmur fejn il-baħar, ġorr miegħek sodju-bikarbonat. F’każ ta’ tingiża, ħallat indaqs ammont ta’ ilma baħar u ta’ sodju-bikarbonat.

3. Uża karta tal-plastik oħxon, (bħal dik tal-bank eżempju) biex tneħħi t-tentakli li jista’ jkun għad hemm.

4. Informa lil sħabek, jew tal-familja jew lil dawk ta’ madwarek, biex b’mod immedjat iġibulek xi ħaġa kiesħa, bħal borża silġ, jew xi flixkun ilma friżat. Applika din il-kesħa fejn it-tingiża għal mhux aktar minn kwarta.

5. Jekk l-uġiegħ jibqa’ jippersisti, mur fi klinika.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com