Raġel Iweġġa Wara Li Waqa’ Minn Fuq Sellum
Illum, għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’residenza fi Triq Sir Andrew Cameron, il-Gżira.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 74 sena residenti l-Gżira, waqa’ minn fuq sellum u weġġa’.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.