Raġel Jitlef Ħajtu Fil-Baħar Tal-Qawra

 Raġel Jitlef Ħajtu Fil-Baħar Tal-Qawra

Raġel ta’ 81 sena residenti San Pawl il-Baħar, tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum. Ilbieraħ, għal xi s-sitta neqsin kwart ta’ filgħaxija, intalbet l-assistenza tal-Pulizija fl-inħawi ta’ Triq Dawret il-Gżejjer, Qawra. Immedjatament fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett u tar-Rapid Intervention Unit fejn xi nies indikaw li fil-baħar hemm raġel x’aktarx mejjet.

Fuq il-post marret lanċa tal-Forzi Armati fejn ir-raġel ittella’ fuqha u ttieħed fil-bażi marittima f’Xatt it-Tiben, fejn sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet. Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ritratt meħud mill-internet

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com