Studenti Maltin Fl-AUM Ser Ikunu Eżentati Minn Miżati Li Jissejħu ‘Tuition Fees’

 Studenti Maltin Fl-AUM Ser Ikunu Eżentati Minn Miżati Li Jissejħu ‘Tuition Fees’

Wara diskussjonijiet li saru waqt il-bord tal- Università Amerikana ta’ Malta, u l-proposti li saru mill-Maniġment, ġie maqbul li studenti Maltin li jixtiequ jistudjaw fl-Università Amerikana ta’ Malta ser ikunu eżentati minn miżati magħrufa bħala ‘tution fees’ tal-istess Universita’.

L-uniċi ħlasijiet li se jibqgħu għaċ-ċittadini Maltin huma l-miżati tarReġistrazzjoni u tad-dħul. Din id-deċiżjoni hija konformi mal-impenn u lviżjoni tal-Università Amerikana ta’ Malta lejn il-Komunità Maltija, li tkun
istituzzjoni edukattiva ta’ kwalità għolja, u għażla vijabbli għaċ-Ċittadini Maltin biex jagħżlu li jistudjaw f’din Università. Dan ifisser li Ċittadini Maltin se jkunu jistgħu jinkitbu f’korsijiet offruti mill-Università Amerikana ta’ Malta bi prezz ferm irħas minn kull student ieħor.

“F’dawn l-aħħar xhur, kompljna ninvolvu ruħna mal-komunità, kemm fuq livell reġjonali kif ukoll dik nazzjonali. Smajna diversi kummenti, tħassib, u feedback dwar kif qed titħaddem bħalissa l-Università. Għalkemm aħna Istituzzjoni Privata, aħna nibqgħu impenjati sabix noffru s-servizz tagħna lillkomunità inġenerali.”

“Fl-AUM inħossuna kburin u privileġġjati li nopraw minn Malta, il-gżira fejn is-sbuħija, l-istorja u l-kultura jingħaqdu biex jiġġeneraw ambjent ta’ tagħlim mill-isbaħ.

“Huwa għalhekk li nħarsu ‘il quddiem sabiex nilqgħu aktar ċittadini Maltin biex jiffurmaw parti mill-esperjenza mogħtija mill-Università Amerikana ta’ Malta. L-Università Amerikana ta’ Malta timpenja ruħa sabiex toffri l-istudenti kollha tagħha pjattaforma ta’ tagħlim u ta’ żvilupp tal-individwu” saħaq ilPresident tal-AUM, Dr. Michel Najjar.

Il-korsijiet provduti mill-Università Amerikana ta’ Malta jistgħu jinsabu fuq ilwebsajt uffiċjali tal-AUM, www.aum.edu.mt. Wieħed jista’ jikkuntattja lill-Università Amerikana ta’ Malta fuq +356 21696970.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com