“Titjira Minn U Lejn Malta Ser Togħla €60!!” – Peter Agius

Il-Kandidat għall-Parlament Ewropew Peter Agius kiteb fuq il-midja soċjali tiegħu li titjira minn u lejn Malta ser tgħola €60. Qal, li dan skont studju reċenti li sar dwar l-impatt tal-liġi ġdida Ewropea fuq il-fuel tal-ajruplani.
Saħaq li llum il-Parlament Ewropew ivvota dwar dan. “Gżejjer oħra ġabu derogi, aħna le. Ajruporti ftit iżgħar minn tagħna ġabu derogi, aħna le”, saħaq Agius.
Temm jgħid li “L-Ewropa taqblilna sakemm nibqgħu kapaċi nadattawa għalina.”