Voti IVA Għal Alex Perici Calascione Kienu 976 Minn 1102 – 22 Vot Invalidu
Iċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista Peter Fenech, fi tmiem il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, ħabbar li Alex Perici Calascione ġab 90.5% tal-voti tal-Kunsillieri li vvotaw fl-Elezzjoni ta’ Viċi Kap tal-Partit.
Peter Fenech ħabbar ukoll li minn 1571 Kunsillier eleġibbli, ivvotaw 1102. Minn dawn, 1078 kienu validi, filwaqt li 22 vot kienu invalidi.
Voti IVA għal Alex Perici Calascione kienu 976 (90.5%), filwaqt li dawk LE kienu 104 (9.6%).
Kienu eletti wkoll iż-żewġ rappreżentanti żgħażagħ għall-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista: Jean Paul Barbara u Jake Scerri Seychell