Bandiera Kbira U Pavaljun Mal-Mina Għall-Festa Tal-Birgu

 Bandiera Kbira U Pavaljun Mal-Mina Għall-Festa Tal-Birgu

Dalgħodu fil-Birgu sar marċ ta’ filgħodu speċjali sabiex matulu żżanżnu numru ta’ proġetti ġodda li kemm il-Vittoriosani u kemm dawk dellattanti tal-festi ser jibqgħu jgawdu għas-snin li ġejjin.

It-8 ta’ Awwissu huwa jum importanti ħafna fil-festa ta’ San Lawrenz il-Birgu, iżda b’differenza minn snin oħra, għall-ewwel darba din is-sena ġie organiżżat marċ ta’ filgħodu ieħor f’dan il-jum. Skont it-tradizzjoni u skont il-kalendarju tal-festa, l-marċ ta’ filgħodu f’din il-lokalita’ jiġi organiżżat lejliet il-festa, iġifieri nhar id-9 ta’ Awwissu, hekk kif din il-lokalita’ tiċċelebra l-festa fl-10 ta’ Awwissu, fil-ġurnata liturġika. Dan iffisser li din is-sena ħa jkunu ġew organiżżati żewġ marċi ta’ filgħodu.

Illum, fil-jum imsejjaħ l-Antiviġilja ġew imżanżna numru ta’ proġetti, fost dawn, pavaljun li jżejjen il-mina prinċipali fid-daħla tal-Birgu

Segwi hawn il-mument x’ħin iżanżan il-pavaljun:

Iżżanżnu wkoll sett ta’ 4 bnadar ġodda għall-arbli ta’ fuq is-sur magħruf tal-iscouts, kif ukoll il-qofol ta’ dak li żżanżann illum, bandiera ġdida, msejħa l-bandiera l-kbira, għal fuq l-arblu t-twil li jinsab fuq wieħed mis-swar ta’ din il-belt. Dawn il-proġetti ġew ikkordinati u ffinanzjati mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi.

Segwi hawn il-mument x’ħin iżanżnet il-bandiera l-kbira:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com