BIL-FILMAT: Arċipriet Ġdid Għal Ħad-Dingli

 BIL-FILMAT: Arċipriet Ġdid Għal Ħad-Dingli
Dun David Farrugia beda uffiċjalment il-ħidma pastorali tiegħu fil-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Waqt quddiesa li saret il-Ġimgħa filgħaxija, l-Arċisqof Charles Scicluna appella lil Dun David sabiex jimxi fuq il-passi ta’ Sidtna Marija u lill-Mulej jgħidlu: “ħa jsir minni skont kelmtek!”

L-Arċisqof awgura li Dun David ikun “dik is-siġra li tikber fis-silenzju, u li tissieħeb mal-foresta ta’ siġar li jikbru fis-silenzju, li huma s-saċerdoti għeżież tagħna … Meta taqa’ xi siġra, dik tagħmel ħafna ħoss … u mhux il-mument li naħarqu l-bosk kollu. Nixtieq insellem ukoll lill-parroċċi kollha tagħna; imma llum fil-qalb tiegħi għandi wkoll il-parroċċa ta’ Marsaxlokk, lill-poplu ta’ Marsaxlokk, u lil kull min hu milqut b’dak li jġibilna tant swied il-qalb.”
Segwi silta mill-omelija tal-pussess ta’ Dun David Farrugia

Filmat u ritratt meħuda mill-facebook tal-Arċidjoċesi ta’ Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com