Bosta Personalitajiet Isellmu lil Triccas

 Bosta Personalitajiet Isellmu lil Triccas

Tħabbret il-mewt ta’ Jesmond Tedesco Triccas, personalita’ famuża fix-xena teatrali u tal-mużika f’pajjiżna. Bosta huma l-personalitajiet li permezz ta’ kitbiet fuq il-midja soċjali qed isellmulu.

Hermann Bonaci li f’dawn l-aħħar ġimgħat kien qed ikun fil-kumpanija ta’ Triccas waqt il-provi ta’ Żeża tal-Flagship sellimlu u qal li r-rappreżentazzjonijiet fil-ġimgħt li ġejjien ser ikunu ddedikati għalih

Debbie Scerri ppublikat ritratt bl-aħħar dehra tagħha ma’ Triccas u kitbet ”Din kienet l-aħħar darba li ltqajna u tkellimna, u dalgħodu ħadt din l-aħbar kerha. Ħdimt ħafna miegħek u kont artist eċċellenti u ta’ rispett. Strieħ fis-sliem u kompli kanta minn hemm fuq. Kondoljanzi sinċiera l-familja kollha”

Anke l-kantant Lawrence Gray kien maħsud bl-aħbar u sellem il-memorja ta’ Triccas filwaqt li wassal il-kondoljanzi lill-familja

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com