Spanjol Jintlaqat Minn Karrozza Waqt Li Kien Fuq E-Kick Scooter

 Spanjol Jintlaqat Minn Karrozza Waqt Li Kien Fuq E-Kick Scooter

It-Tlieta filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Dawret San Pawl, San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Spanjol ta’ 25 sena u residenti San Pawl il-Baħar intlaqat waqt li kien qed jaqsam it-triq fuq e-kick scooter minn Hyundai Getz misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratt meħud mill-internet

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com